 |
|
 |
Zjara ufficcjali f Malta tal-Papa Benedettu XVI
Avviz mahrug mill-Grupp The Guiding Light u KDZ Ghawdex fl-okkazzjoni tal-migja tal-Qdusija tieghu l-Papa Benedittu XVI
Il-Grupp taz-zghazagh taghna msiebah flimkien ma’ gruppi ohra Ghawdxin minn diversi parrocci; mmexija mill-KDZ Ghawdex, qed inhiedi programm ta’ attivitajiet li fiha jinkoraggixxu s-sehem attiv taz-zghazagh bhala parti mic-celebrazzjonijiet li qed isiru fl-okkazjoni tal-migja tal-Papa f’Malta, f’April li gej.
L-ghan ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet mhuwiex biss wiehed organizzativ izda principalment spiritwali. Bhala grupp qed ninkoraggixxu aktar zghazagh sabiex jattendu ghal-laqat li jsiru ta’ kull gimgha. Wiehed jawgura li l-entuzjazmu li ser jitrabba fina f’dawn il-jumejn tal-migja tieghU , jibqa jifjurixxi u jaghti l-frott tul is-sena kollha.
Bhala parti mill-programm ta’ preparazzjoni, il-KDZ Ghawdex qed ihejji diversi laqat kif ukoll laqa kollettiva li ser ssir ghal gruppi kollha bejn l-14 u l-35 sena, fuq il-ghojla t’Ghammar ghal habta ta’ Hadd il-Palm – Jum iz-Zghazagh. Dawn il-laqat huma mahsuba biex ihejju lilna z-zghazagh ghal laqa specjali mal-Papa, li ser ssir gewwa l-Valletta Waterfront fit-18 t’April, wara l-quddiesa fuq il-fosos.
Fil-futur qarib diversi helpers zghazagh fil-parrocci ser jigbru applikazzjonijiet ta’ dawk iz-zghazagh interessati li jattendu ghal din il-laqa specjali. Tajjeb li jinghad li biex wiehed jattendi ghal din il-laqa rrid jakkwista l pass mehtieg. Hu mifhum li din l-attivita ser tkun wahda ta’ massa, ghalhekk mill-llum qed inheggu l’ dawk kollha li huma interessati biex jinkitbu kemm jista jkun malajr.
Qed issiru thejjijiet biex transport bejn Malta u Ghawdex ikun wiehed dirett.
Il-Migja tal-Papa f’Malta hija okkazjoni spiritwali unika u ghalhekk tajjeb li nithejjew tajjeb. Ejjew ahna bhala zghazagh li bhalma attendejna jew segwejna diversi WYD’s, din id-darba nilqghuh f’pajjizna b’hegga kbira u b’entuzjazmu.
Ghal aktar informazzjoni tistghu tikunttatjaw lil xi membru tal-grupp the guiding light fuq email theguidinglight@kgnxaghra.org jew zura l website
http://www.kdz.org.mt/
Grazzi
|